162.

 

Jien stajt ukoll għannejha ħajjti kollha

Din l-għanja li kull darba tiġi f’moħħi

Ma nafx min fejn il-kliem, min fejn ir-ritmu

U kemm il-darba ridt il-pinna naqbad.

Ta’ dawn il-versi li sikwit inħarbex

Minn fejn il-ħlewwa ġejja u s-sbuħija

Imbagħad ma nafx għaliex hekk tieqaf f’daqqa

Tarbija tat-twelid li tmut fuq ommha.

Imm’issa li l-kanċell ftaħt, ħallejtha tgħaddi,

U issa li bdiet tagħmel kollox tagħha,

Bdejt nimraħ magħha jien minn warda għall-oħra

Malajr intbaħt fl-imgħoddi x’kont qed nitlef.

Nixtieq baqgħali aktar żmien biex naqta’

Ward ieħor minn dan il-ġnien li ma ħadtx ħsiebu.

 

Alfred Grech

10/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog