163

 

Il-lejla nista’ nkun f’dirgħajn ħaddieħor

U b’dan jien ma nqisnix li bik qed nidħak,

Aktarx li ġej mill-ħtieġa illi ntawwal

Il-ħajja bħalma ntawwal qed il-metru

F’peożija li għad xi darba nikteb.

Il-lejla nista’ naqsam ma ħaddieħor

Fejqan li huwa l-frott ta’ kull tiġrib

U b’dana jien ma nqisx li qed inqarraq

U lanqas illi nara kif inħossni

Fit tarf fejn qatt ma kont tan-naħħa l-oħra.

Ikun aktarx għaliex l-imbuttatura

Li nerġa’ nħossni nsew kif darba kont

U nagħmel pont li jgħaqqad mal-imgħoddi

Bil-biża’ u t-twerwir ta’ dak li ġej.

 

Alfred Grech

15/05/2021.

 

 

 

Comments

Popular posts from this blog