164.

 

Jekk għad xi darba tfur ix-xmara tiegħek

Jew l-ilma tal-widien iġorru magħhom

In-naqal li jistordi l-ħolm li toħlom

Għad tista’ tibda’ tifhem fejn hi l-hena

Fil-ħmura tax-xemx nieżla jew fiż-żiffa

Tar-riħ li tas-sapun iġorr il-bżieżaq

Bl-ilwien ta’ xi qawsalla evanaexxenti

Biex tista’ wkoll tintebaħ din il-ħajja

Minn xhiex magħmula. Hekk jum ieħor jgħaddi

U ngħidu li xi ħaġa għal ġid għamilna

U tibda’ r-ritmu tagħżel u mhux l-għanja

U l-vjaġġ isir qasir għax tħobb ir-rikba.

Għax aħna konna żmien fl-aljenazzjoni

U konna mistoqsija bla tweġiba.

 

Alfred Grech

20/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog