Fierħa u Battala.
Fierħa u
battala tibqa’ l-keffa tiegħi
Kull meta
l-pinna naqbad biex inħabex
Bla ma nkun
imġiegħel
U qabel ma
s-siparju tal-għeġubijiet
Jinfetaħ waħdu.
Bħal
daqqiet tal-martell mekkaniku
Ikisser il-blat
samm ta’ dawn il-ġżejjer
Biex ifixkel
is-sabar ta nies ġwejjda
Li xejn ma
jridu ħlief
Li jitħallew
jgħixu.
U jien irrid
inwieġebta’ kull darba għaċ-ċaqliħa
Tal-mewġ li
ma jidhirx u kull tqanqila
Ta’x-xeba’
tar-ruħ
Bħal min
iqum minn bejn l-imwiet
Mitluf bejn
ix-xefaq u l-fruntiera
Tal-infinit
tiegħu innifsu.
Nibqa’
hawnhekk qalb is=solitudni
Dgħajjfa tan-nida
li jiżżerżaq minn fuq il-weraq
Fil-epifanija
ta’ filgħodu
Jew fil-ħmar
il-lejl tal-indifferenza
Fil-baħar
qiegħed tal-eternita.
Alfred
Grech
22/05/2021
Comments
Post a Comment