Fix-Xejn Jispiċċċa.

 

U jekk ma tkunx tinħtieġ il-ħrejjef aktar

Issib ruħħek mingħajr saqaf

Bħal meta tqum filgħodu għax iqajjmuk

Il-ħsejjes tal-inġenji u d-dagħa faħxi

Tal-aljenati

Ta min immexxi minn imnieħru

Jew mitluq mal-kurrent ta’ qiegħ il-baħar.

Tintebaħ għalxejn għax kollox frugħa

Ma min imxejt il-bieraħ m’għadux magħna

U jibqgħu kolllha megħdijin fuq xogħolhom

Sabiex jinżammu is-skiet u ċ-ċrieki tal-konfini

l-ekomomija tikber

sakemm ma ma kunx hemm aktar fejn titwessa’

u b’hekk għalissa jderri qed kulħadd.

Xħin tilmaħ it-tifrik li hawn madwarek

Tintebaħ li sirt int ukoll profeta

Tintebaħ li barrani sirt fi ħwejġek

Tintebaħ kemm iqarraq dak li qalu

Dawk il-biċċiet tas-sufri jgħumu fl-ilma

(Trid tkun ħafif aktar mill-ilma)

Jew dawk li jippużaw ta’ prim atturi

Fit-teatrin li qatt ma jiaqta’.

Xħin bexxaqt ftit għajnejk u kilt mis-siġra

Ġbitt fuqgħek is-saħta tal=allat

U ntbaħt li l-kont iżżidu nkella tnaqqsu

Fix-xejn jispiċċa.

 

Alfred Grech

21/05/2021

Comments

Popular posts from this blog