Għax Issa Sirna Tnejn.

Issa li nqsamna u sirna tnejn jien nista’

Nibda’ taħdida miegħek u nixtieqek

U dejjem tibqa’ x-xewqa li niltaqgħu.

Insus warajk u rrid nitkellem miegħek

Għax issa sirna tnejn u t-triq tlifniha.

Ma nafx kif għad irridu nerġgħu niġu

Ħaġa waħda. Aktarx li int triq tibqa’

Il-mira tax-xewqat, ta’ kull tqanqila.

Il-weġa’li trid tibqa’ illużżjoni

U meta qamar l-għasel għad jispiċċa

Inħoss l-uġiħ mill-ġdid u fik-inwaħħal

U nibqa’ ma nfiq qatt jekk mhux se ngħaddi

Mill-wied tad-dlamijiet.

 

17/05/2021

 

Comments

Popular posts from this blog