Hekk Kollox Jgħaddi.

 

Hekk kollox jgħadddi

hekk kollox jintemm

bħaċ-ċpar li  jdub ma tlugħ ix-xemx

bħal jum li jgħaddi b’ħafna ġiri

imqar il poezija li mhix għal kullħadd

għad trid tintesa’ bħalma jintesa’

l-awtur tagħha.

Xi minn daqqiet nistaqsi lili nnifsi x’kont infittex

xħin bilfors ridt niġi ħdejk.

Għax trid tagħti ġieħ liċ-ċikli

li jiġu u jmorru

is-sussulti u l-iskossi

li jistordu

għax kull ċaqliqa jista’ jkollha

s-seħer tagħha.

Irid ikollok sabar li tistenna

sakemm din tgħaddi bħall-oħrajn.

Xħin taqa’ d-dalma mbagħad

ikun id-dawl ta’ qamar li jurina it-triq

u aħna ma konniex imsejjħa

biex nagħmlu l-qabziet fid-dlam

Lilna sejjħulna biex noqgħodu

ngħoddu l-kwiekeb.

 

Alfred Grech

24/05/2021.  

Comments

Popular posts from this blog