Il-Baħħ.
Kull meta
l-uragan ġie u ġarrna miegħu
staqsejna
kif ikunu l-jiem tal-bnazzi,
u meta
fil-burraxka tlifna l-boxxla
ma xhiex
stajn’ aħna mqabblu l-mixi tagħna?
Zmien kien
hemm li t-tnejn l-aħna konna wieħed
tfarrakna
llum u sirna kemm il-biċċa,
u qisu
l-ġbir tal-frak kemm hu tedjanti,
tiġik
it-tentazzjoni li minn fuqu
tgħaddi
ħafi. Hekk kif xi darba tħares
lejja,
tiftakar illi l-baħħ jien qiegħed ngħixu.
ALFRED
GRECH
16.05.2021.
Comments
Post a Comment