Il-Bogħod Qarribna.
Issa, li
sirt il-mostru li kont noħlom
Il-ħmar
il-lejl fl-inħawi fejn ma kontx,
Bdejt nibla’
t-tfal tal-ħsieb li welledet Rhea
U delli sar
ċiklopiċi mal-ħajt.
Inkella
għad ninbidel f’qaddis ieħor,
Il-kejlijiet
jinbidlu ta’ kuljum,
Ikun aħjar
jekk nerġa’ nibda’ nemmen
Ukoll fost
ħsieb ħażin, jien nemmen fik.
Għax xejn
mhu dak hu jew dak li jidher
Ilellex ward
li mbagħad jurik ix-xewk,
Imqar jekk
ma nafekx il-bogħod qarribna,
Nistħajjlek
sirt ukoll jekk ma narakx.
Iltqajna f’dak
l-imkien lli qatt ma drajna,
Biex nonfħlu
l-bżieżaq t’arja b’mod distratt,
Fejn l-anġli
ma ressqux għax kienu jibżgħu
Nikkuntemplaw
il-firda qalb iċ-ċpar.
Alfred
Grech.
19/05/2021
Comments
Post a Comment