Imqar Jekk Għad Xi Darba.

 

Imqar jekk għad xi darba tasal biex

Tħaqqaqa miegħi; kont naf

Għaliex intlift u lanqas naf fejn sejjer

Għax qalbi tieqaf tħabbat. Jieqaf iż-żmien

U dak kollu li jdur madwari jsir diwi

Ta’ retroxena miblugħa.

Imqar jekk għad xi darba tasal biex

Tħaqqaqa miegħi għaliex

Il-bejt isir jaħraq u ħafi ma nissaportix,

F’dak il-ħin jien nagħlaq is-siparji

U nixgħel l-arja kundizzjonata

Biex nibda’ nfesdaq ġewwa moħħi

Xewqa ta’ mixja lura

Iżda r-romblu jibqa’ għaddej

Jirrombla.

Ma nagħmel xejn għaliex l-iħirsa fid-dawl tax-xema

Isiru dawl fid-dlam tal-lejl

U jieħdu l-ilwien ta’ tlugħ ix-xemx.

Jiern xorta waħda ngħolli rasi

U mit-tħarbixiet li nħarbex

Nagħraf it-tfsil ta’ moħħi

Għaliex illum biss huwa tiegħi.

Imqar jekk għad xi darba tasal

Biex tħaqqaqa miegħi.

 

Alfred Grech

26/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog