Inti Tista’
Tkun Il-Vjaġġ.
Int tista’ tkun il vjaġġ li qatt m’għamilt
għax bħalek qatt ma kelli
u l-baħħ isaltan fuq in-naħħa tax-xifer.
Tistaqsinix għalfejn ġejt
mix-xifer ’l-hawn kulħadd itenni
ġrajja waħda
u meta tibda’ tgħid: ara xi ġrali!
aħjar tistaqsi ’l-min weġġajt.
Hija inti li qiegħda tagħti n-nar
lil ħatab ma ridx jaqbad
u hija inti li xi kull
tant
ixxeblek il-mazzun fix-xibka.
Fejn huwa dak iż-żmien fejn konna
ninġabru madwar mejda
biex kullħadd itenni l-ġrajja tiegħu?
Ma nafux għaliex qed ngġixu
ma nafux kif sirna għorrief
ma nafux għax kull filgħod
jasal biss bi qtigħ il-qalb
jasal biss biex nikkumbattu
iż-żmien
ma nafux għaliex dan kollu
ma nafux hawn fejn qiegħdin
trid titfarraġ b’xi illiżżjoni
kull filgħodu xejn mhu ġdid.
Alfred Grech,
02.25.2021.
Comments
Post a Comment