It-Tnegħid Tiegħek.
It-tniegħid
tiegħek daqs l-għana tas-sireni
Imqar jekk
inħallilek is-skiet tiegħi
Ikellmek
lilhinn mill-istorbju tal-inġenji
Jeqirdu
kull ħaġa sabiha jew kull ma ħalaq Alla
Ġo fik għad
tibda’ tisma’ id-diwi ta’ xi ħaġa li tifhimha.
Bħal meta
tintelaq fl-immesita’ tal-oċean
Ma taf fejn
għad trid tasal
Jew tħares
il bogħod f’għajnejn il-baħħ
Tal-eżistenza
u dak li għad nistgħu
Għal xulxin
infissru int u jiena.
Leħni jgħola
’l-fuq mill-ħoss ta’ mewġ il-bħar
U
l-ħsibijiet tiegħi jiġġerrew lejk
Fuq żiemel
bajda fuq ix-xtut tas-slitudni
Jien
inħallilek il-paċi u skiet ta’ dawn l-inħawi li sfaw żverġnati
Jew li ġew
trasformati u trasfigurati
Filwaqt li
ta’ kull filgħaxija jien nintilef
Fil-mixja li ttenni lilha nfisha
F’dan
l-univers li joħloq lilu nnifsu.
Imbagħad
niġi ningħaqad miegħek
Fiż-żifna
msaħħra fit-tarf tal-ħolm
U nħallilek
lili nnifsi.
Alfred
Grech.
01/05/2021
Comments
Post a Comment