Jien Imbiegħed.

 

Jien imbiegħed wisq minnek

U lanqas naf kif nerġa’ niġi lura

Mhux biss għaliex inbidlu r-rotot

Bil-ħafna tidwir żejjed

Li ħarbtu d-direzzjoni f’din il-gżra

Iżda għaliex m’għadnix li kont

Jew dak li bsart li qatt stajt kont

Xħin waqajt minn fuq iż-żiemel

U l-beraq għamieni;

U għaliex ukoll

Il-bogħod hu aktar  milli ħsibtu.

 

Alfred Grech.

29/05/2021

Comments

Popular posts from this blog