Jien Tlabtek.

 

Kif inbdilt u min bidilni?

l-oħrajn ġew u telqu

jien għadni hawn.

Is-skiet u l-ħsejjes ta’ bil-lejl

Huma l-għanja tiegħi.

 Dak li għandi marsus fija

Irid isib il-beraħ tal-miftuħ

U jinfirex bħan-nida ta’ filgħodu.


Aktar mill-qawwa tal-għana

Jien tlabtek li tkun miegħi

Iżżomli jdejja biex ma niżloqx

Tweżinni biex ma nogħtorx

Għax iż-żurżieqa lejn l-abbiss

Bħal baħħ li hawn madwari.


Imbagħad ħallini kemm trid negħreq

Fil-wisa’ tal-infinit.

Imbagħad il-ġrajja tiegħi

Issir ħrafa li tinkiteb.

 

Alfred Grech

31.05.2021.

Comments

Popular posts from this blog