Jien Ukoll Bdejt Miexi.
Jien ukoll bdejt miexi fuq il-ġamar
Tal-faħam
aħmar nar u middewni kemm il-darba
Fuq il-gradilja
tixwi
Iżda l-qilla
ġewwa sidri
Ma tmut
qatt
U nisfida
sejjer nibqa’
Lill-allat.
Qed nara
l-griż f’għajnejk
U l-bjuda
fuq ħaddejk
U kull tbissima
tkun imqansħa
Biex bħal
tgħidli li kollox qiegħed sew.
Jiena rrid
niftakrek ittir minn warda għall-oħra
U ttellaq
maż-żwiemel li jlebbtu
Tlaħħaq ma
kollox u kulħadd
U mhux
ikona
Imdendal ma
xi ħajt.
Alfred
Grech
05/05/2021
Comments
Post a Comment