Kont Tistennieni

 

Kont tistennieni

Ngħolli r-rixtellu

Niftaħ idejja

U nċarrat is-separju.

Issa sirt sieqja

Fejn tista’ ssewwaq

Il-qawwa tiegħek

Għax naf li mingħajrek ma jien xejn.

 

Jekk tiftaħ it-tieq beraħ

Id-dawl isir għarar

U għajnejk jimtlew bid-dmugħ

Li jfejjaq lili

Ii jfejjaq lill-kullħadd.

 

Alfred Grech

15/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog