La Titlaqx.
La titlaqx,
la tmurx il-bogħod
Għax hemm
tarf ma jinqabisx
Tarf mistħajjel,
tarf imħażżeż
Hemm preċett
ma jinkisirx.
La titlaqx,
la tmurx il-bogħod
Tħallix ħsiebek
jiġri bik,
Jista’ jkun
sinjal qed tara
Dak semaforu
antik.
La titlaqx,
la tmurx il-bogħod
Għalkemm
dan l-istess pajjiż,
Għax in-nies
m’għadhiex li kienet
Tiftaħx ħalqek
bla ma tqis.
Issa ntbaħt
li xejn mhu xejn,
Kollox jgħaddi
bħad-duħħan
Ferrovija tibqa’
għaddejja,
Bla waqfien,
mingħajr serħan.
Alfred
Grech
25/05/2021.
Comments
Post a Comment