Lanqas Il-Kliem.

 

Lanqas il-kliem ma nista’ nissellef

Biex ngħidlek dak li nħoss,

Kliem li ma jkunx tiegħi

Talinqas tisma’ l-ħoss.

 

Lanqas saħħa ma baqgħali

Biex nikxef dan il-mant

Ta’ qerq, simulazzjoni

U ż-żmien għaddej sadanittant.

 

Lanqas twemmin ma baqa’

Biex norbot vent fis-sod

Ma nafx kif ser nispiċċa

Imkaxka b’dan il-mod.

 

Alfred Grech

08/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog