Leħma.
Imqar jekk
lanqas għadhom jaqblu r-ritmi
Ir-riħ
iġorrna u jonfoħ bil-qatigħ,
Għal ftit waqtiet
inżommok fuq idejja,
Imbagħad,
taħrabli, ttir u tmur mar-riħ.
Sibt ruħħek
f’nofs ta’ triq, qatt mhu se tasal
U jien
stħajjiltek tasal sat-tarf nett.
Għalxejn
il-wegħeda li xi darba tasal
Għax naf li
qed tagħddini biż-.żufjett.
U b’hekk
ikkundannajt lilek innifsek
Biex tibqa’
mdendla u xewqtek ma taqtax
Lanqas il-fdalijiet
ma jsibu tiegħek
U trid li
lura terġa?: u ma taraxa!
Ma tibqa’
mniżżla mkien ħadd ma jkun jafek,
Bla toqol
tibqa’ timxi fuq is-sħab,
Bħal ħolma
tkun, għal waqt, imbagħad tintesa’
Minn
tiregħek ebda fdal midfun fit-trab.
Alfred
Grech
20/05/2021.
Comments
Post a Comment