Lil Lilian.

 

Ħalliha ħa tgelgel l-għanja

bħalma jgelgel l-ilma tan-nixxiegħa.

Il-peprin ibaxxi rasu biex ġieħ jagħti

lil ħolqien maż-żiffa ta’ Mejju.

Aħna nixtiequ tassew li l-qlugħ li mattarna

iwassluna tabilħaqq fejn għad irridu naslu

għax aħna m’aħna xejn għajr narrattiva

filwaqt li qed tinqara

int taqra lili

u jiena naqra lilek.

Jista’ tkun għax int imbiegħda

jista’ jkun għax  ma narakx

jista’ jkun għaliex nistħajjlek

qed nħossni li nġbidt lejk.

Tista’ tħares f’wiċċ l-ilma qiegħed

bħalma tħares fiss f’għajnejja

la ċċaqalqux

la ċċaqlanix

għax ngħib  jien u tgħib ix-xbiegħa.

F’liema siegħa għad trid tiġi bex jien nistejqer?

Qis biss li aħna min aħna għaliex għaġnuna

kif issa nidhru. Jinħtieġ noħorġu minn din l-għamla

biex insibu lilna nfusna

biex insibu l-ħelsien.

U jista’ jkun li hawn quddiemna

it-tweġiba li skappat.

Sal-lum għamilna dejjem bħal ħaddieħor

biex ninsew li qiegħdin ngħixu

inkella qagħadna naħsbu

kemm il-ħajja hi għalxejn.

 

Alfred Grech

30/-5/2021.

Comments

Popular posts from this blog