Mhemmx Ħafna.

 

Mhemmx ħafna x’jista’ jingħad bejnietna

Għajr li int tistagħġeb ta’ kull darba

Li tarani miexi fuq wiċċ l-ilma.

Jien niġi ħdejk għaliex iġorrni r-riħ tat-tramuntana

Inkella għaliex drajt sew interraq dawn il-passi

U mod ieħor ma nafx.

 

Ma jkunx hemm ħafna x’jingħad bejnietna

Għax jien inħoss it-toqol ta’ li taħseb

Bħal meta x-xita traxxax

U jibda’ l-qtar iserrep fuq ħaddejja

Sa ma jsir wied.

 

Int tibqa’ l-mira ta’ kull għanja illi ngħanni

Jew tkun ħamiema bajda li jien nibgħat

Tfittex lil seħbitha

Biex qatt ma tiġi lura.

 

Alfred Grech

24/05/2021.

Comments

Popular posts from this blog