Minn Fuq
is-Sur.
Jekk illum
m’għadnix ġwerrier għaliex
Inbdilt, għax
tlift il-ġilda u magħha wkoll il-vizzju
Għaliex
trid tgħix aktar milli jmissek?
Intant it-tieni
mewt tkun eħfef minn tal-ewwel
U mqar xħin
tinżel it-taraġ tal-ogħla swar
Tħossok li
b’idejk missejt is-sema.
Bħal musika
li tisma’ għal-ewwel darba
Inkella
d-daqq ta’ xi qanpiena
Li terġa
ġġibek saqajk mal-art.
Jew meta
ssib li ġrejt wara xi ħadd li lanqas trid tintilef
Fin-narrattiva
tagħha.
Minn
hawnhekk tkun tista’ tara l-għoljiet
Flimkien mal-bini
kollu li l-bniedem bena
Imqar it-torriijiet
li jisfidaw is-sewwa.
Mill-għoli
ta’ das-swar tkun tita’ tara
Popolazzjoni
li qed tifga’ fil-ħitan ta’ ħabs
Ta bini li
bniet mingħajr ma kellha għalfejn.
Alfred
Grech.
28/05/2021.
Comments
Post a Comment