Nieqaf Hawn.
Dan hu
’l-wara nofsinahr ta’ Ħadd li xtaqtu qatt ma jgħaddi
għaiex bħal
donnok tħoss li l-kwiet ġie hawn għal dejjem
li l-ħin
wieqaf u s-skiet u l-ħemda f’dawn l-inħawi
isaltnu taħt
xemx li tgħammed kollox lewn id-deheb.
Nixtieq li
nieqaf hawn u xejn ma jiġri
imdendel
bħal-linfa tal- ħadid mirqum
inkella
mdawwar fi gwarniċ
bħal kwadru
ta’ mal-ħajt iħares lejja
jistaqsi
jien min jien.
Imdendel
il-ħin u mdendel dak kollu
li għad
isir jew għandek tagħmel
Imdendel
jien ukoll bħal pendlu
joxxilla
minn xaqliba għall-oħra
bir-ritmu
tal-indifferenza.
Nixtieq li
nieqaf hawn.
Alfred
Grech
23/05/2021.
Comments
Post a Comment