Poeti.
Xi minn daqqiet tassew li niktbu l-poeżija
Aħna li sa
minn tlugħ ix-xemx irridu nagħtu
Ruħ lil dak
l-inħossu
U nħallu itir lejn ix-xefaq ta bla xaba’
Dak li
nħossu jikwi ġewwa fina.
U minn
daqqiet tassew li dak li ngħidu u dak li niktbu
Bħal karfa
jtir mar-riħ li jofoħ fuq il-qiegħa
U jdub fix-xejn
ta’ kobor bla qies
Bħal leħen
li jintilef mal-ħsejjes u l-għajjat tal-folla.
U minn
daqqiet ukoll dak li min ruħna joħroġ
Ikollu t-togħma
tal-etern
U meta
jiġri dan il-ħajja ssir tiswa’
U nsibu
wkoll tweġiba
Għax inqumu
kull filgħodu.
Alfred
Grech
27/05/2021
Comments
Post a Comment