Ragħwa.

 

Jien xtaqt ir-ragħwa ta’mewġ il-baħar

Fuq xuftejja sabiex inneħħi ftit

Bil-qilla li qabditni.

 

Jien ridt li niġi ħdejk ħalli

Niżfnu żifna mħabbla

U biex forsi darba ngħixu

Dak li lilna jistħoqqilna.

 

Jien xtaqt li niba noħlom

Għax fil-ħolm sibt il-ġejjieni

U l-imgħoddi kien saborra

Biex timtela’ l-ħorġa tiegħi.

 

Għaliex it-tifsir tal-ħajja huwa dak

Li tirkeb il-mewġa li tiġi.

 

Alfred Grech

12/05/2021

Comments

Popular posts from this blog