Tenebrae.
Il-Jien
midfun fil-qiegħ
ta-bir ta’
San Patrizju
u l-ebda ħmar
igħammad
mhu sejjer
jiflaħ it-toqol tiegħu.
Għalxejn
jinxtegħlu l-fuklari
għax sħana
ma jarmux,
għalxejn
jinxtegħel musbieħ
imkien ma
jdawwal.
Ġismek
jiddi u jaqbad nar
kull xħin
inkebbes xrara,
iżda qalbi
tibqa’ silġa
u marbuta
mal-mażri tal-azzar
li jdawwru
l-ingranaġġ
t’arloġġ qadim
u moħbi.
Alfred
Grech
09/05/2021.
Comments
Post a Comment