Ukoll Dil-Warda Li Offrejtlek.
Ukoll dil-warda li offrejtlek
Għad
xi darba tmil, titbiel
U dil-fjamma
li kebbisna
Tmiemha ssib taħt xita’ qliel.
Meta jaqa’ fuqi t-toqol kollhu tar-ruħ
Fejn għad imut il-kliem
Jien nitfi d-dawl
Biex inqerr ħajjti kollha lid-dlam.
U trtid taċċetta wkoll
Il-ħolm ta’ min
Mank biss sirt tafu
U tkun imxierk miegħu
Imqar jekk qatt ma ħaddtlu b’idu.
U tħoss tqanqil is-sensi
Bħal kalċi qed ifur.
Jien nittawwla f’għajnejk
Għax f’għajnejk hemm dak kollu
Li ma tafx ittenni.
Issa ejja u ħaddanni
Daqslikieku kont
Se ndub.
Alfred Grech
04/05/2021.
Comments
Post a Comment