Ħarsetk Issir il-Beraħ.
Taqa’ bil- parachute
Bħas-sewwa li jimlik
bil-ferħ
Imħabbtek bħal tuffieħa
Li ġbart mill-art
Wara li waddabtieli
għall-għarrieda.
Imma mħabbtek tgħannaq
kollox
Il-wisa’ tal-univers
Iċ-ċar u t-trasparenti
Tista’ tinqara mqar minn min
Jaqra vers għall-ewwel darba.
Jien nibda’ nistħi x’naqbad
ngħidlek.
Jekk issejjaħli
Jien nixref rasi mit-tieqa
U ħarstek issir il-beraħ
Fejn jintilef il-ħolm
tiegħi.
Alfred Grech
24/06/2021.
Comments
Post a Comment