Bħal Siġra Li Titlef Il-Weraq.

 

Bħal siġra li titlef il-weraq

Idejja miftuħa

Issa nibda ngħid li waslet ix-xitwa

Issa qed inħoss li qed iraxxax ġo fija

Inkella sirt ma ninftiehemx

Inkell għarib ġo dari.

M’għadnix inżomm il-pass

M’għadnix niżfen mar-ritmu

It-tnabar mingħajr ħoss

Ħallluni hawn taħt dan il-ħajt

Min hawn jgħaddu s-sammaritani.

Lanqas nista’ għal waqt wieħed

Ngħix fi skiet l-eternita’

Għax niftaħar fl-għada

U għada nqum għażżien.

 

Alfred Grech

08/06/2021.

Comments

Popular posts from this blog