Daqs Tal-Barbaġanni.
Daqs
tal-barbaġanni tinfed il-ħarsa tagħhom
Twassal fit-tul
u tinfed id-dalma tal-lejl.
Daqs
l-isqra u l-ajkli jinżlu mill-ogħla tas-smewwiet
B’diffrejhom
miftuħa
Biex jaħtfu,
jigirfu u jħarrbtu kull roqgħa art li jsibu
Għada mhix
żverġnata
U trid jew
ma tridx ikollok iċċedilhom
Għax lanqas
l-allat t’olimpu
Ixxamplati fil-bereġ
tagħhom
Li jilbsu
kull xorta ta maskri
Jieħdu kull
xorta ta’ għamla
U jiżfnu
kull xorta ta’ żifna
Ma jistgħu
għallihom.
L-oħrajn
bħal grifuni, avultuni tal-prima kwalita’
Jirgħu biss
fuq il- karkassi
u l-fdalijiet
li jħallu wrajhom dawk li jistgħu kollox.
Alfred
Grech
23/06/2021.
Comments
Post a Comment