Eżistenza.
Jgħidu li
l-ġurnata kif tibdiha.
Il-bieraħ
lanqas ridtha tibda’
Illum ma
nafx
Il-baħħ
ħelu wisq
La taf fejn
sejjer
Lanqas x’ser
tagħmel
Il-qlugħ
miftuħ għal wiċċ ir-riħ
Hekk
għandek togħma
Tal-eternita’.
Insikket
dar-riefnu li jonfoħ ġo fija
U mmewwet
il-baħar imqalleb
Bis-sabar
ta’ min irid jiltaqa’
Bla ma
jitwebbel.
Alfred
Grech
05/06/2021
Comments
Post a Comment