Hawn Ħallewna.
Fil-purċissjoni
lejn l-infinit
Dawra durella
fil-baħħ
Bħal orfani
jfittex lill-ommu li ma jafx.
Inżommu
l-pass ma kull staġun
Għax l-istaġuni
jtuna s-sens tal-ħin għaddej
Int mintix
għajr żmien.
Xi dwejjaq
tkun marsus ġo din it-tnalja
Il-kapsula
li tagħmlek int min int!
Li kieku
tlugħ ix-xemx iġib l-aħbar
Li konna
nistennew ma kienx ikollna għalfejn
Nitħassbu fl-għada.
Li kieku
tassew l-istaġuni
Iwasslu għal
qawmien
Ma jkollniex
għalfejn la naħżnu
U lanqas
niġbru.
Iżd’hawnhekk
ħallewna
Mingħajr profeti,
mingħajr għalliema
Indoqqu t-tnabar
għal-passi taż-żeffiena
Biex ninsew
il-biża’
Ta’ min jaf
x’hemm lest għalih.
Alfred
Grech
01/06/2021.
Comments
Post a Comment