Ikkalpestat Il-Ħsieb.

 

Ikkalpestat il-ħsieb

 uma ristax iżżommu.

Il-fil inkandexxenti

jaqsam sal-mudullum

murtal tal-ftuħ għanjieti

tikser is-skiet tal-lejl.

Ma nafx kif għad irridu naslu

fid-dlam

l-aqwa li hemm il-beraħ

tistenna li tirkeb

il-mewġa li jmiss

mhemmx ħtieġa

ta’ simmetrija

ta’ sbuħija

għax ix-xatt qatt mhu fil-qrib

jew tħalli l-mewġa tgħaddi

u ssalva xorta waħda.

 

Alfred Grech

10/06/2021.

 

 

Comments

Popular posts from this blog