Is-Seħer Qiegħed Hemm.

 

Is-seħer qiegħed hemm

Mintix tmissu

Swied il-qalb bħal dlam il-lejl

Mhemmx li jisbaħ.

 

Jien ridt nixiebaħ miegħek

Iżda r-rima ma tiġix

Jien ridt nixxierek miegħek

Iżda l-passi ma jlaħħqux.

 

Bħalek ridt ukoll noħroġ

Minn dan l-uragan li jobrom

Iżda ċ-ċpar kien kullimnkien

Xejn ma tara

Lanqas fejn sejjer.

 

Alfred nGrech

02/06/2021.

Comments

Popular posts from this blog