It-Tmien Ma Jasal Qatt.

 

It-tmiem għadu ħadd ma raħ

Ħadd ma rreċtaħ

U ħadd ma rrakkuntaħ

Għax wara t-tmiem

Mhemm xejn aktar.

Xejn ma jiġi lura

kix-xefaq ta’ lilhemm

Għalhekk illum m’hawn ħadd

Li jaħseb jgħix ir-ritmu

Tal-ilma jgelgel minn-nixxiegħa

Imqar jekk kulħadd jgħix

Id-dell tal-biża’ aħħari.

Għalhekk mil-ġdid noħolqu l-ħrejjef

Ħa jkollna biex ninsew

U nirkbu l-ferrovija

Ta’ binarji mistħajjla

Biex nibdew nemmnu

Li t-tmiem ma jasal qatt.

 

Alfred Grech.

09/06/2021.

 

Comments

Popular posts from this blog