It-Toqol Isir Wisq.

 

It-toqol isir wisq biex tista’ terfgħu

it-telf ta’ rqad hu biss frott il-mistħija.

il-ħmar il-lejl hu mera tat-traġedji

ta’ kuljum. Hawn duħħan folt itir fl-arja

hawn wisq trab fil-pulmun biex nifsek tieħu

hawn wisq x’jagħmmex l-għajnejn biex tista’ tara

u l-qalb li tnixxi d-demm n’hawnx xi jserraħha.

Jien ftit tal-ħin irrid sabiex ninġabar

imbagħad inkompli l-ġlieda ta’ bla sabar.

 

Alfred  Grech

07/06/2021.

Comments

Popular posts from this blog