Jien Kont Infittex Lilek.

 

Jien kont infittex lilek

kont infittex l-eternita’

jew aktarx xi ħolma pprojbita

jew talba li bqajt ma lissintx.

 

Jien kont infittex lilek

u bqajna ma ltqajniex

waqt wieħed biss kien ikun biżżejjed

u stajna ma sifirniex.

 

Jien kont infittex lilek

imqar jekk nagħmel dnub

imqarr jekk stajt ġarrejtni

sax-xifer tal-irdum.

 

Alfred Grech

12.06.2021

Comments

Popular posts from this blog