Jien Ngħanni.
Jien
ngħanni dak kollu li jiġri fil-ħolqien
Il-ħsejjes
li m’għadekx tisma’
Is-skiet li
mhuwa imkien
Il-ħarba
lura fiż-żmien
U nerġa’
ngħix id-dwejjaq
Li saru
malinkonija
Teżor ġdid li
ngħożż
Fil-kaxxetta
tat-tifkira.
Jien ngħanni
d-dwejjaq li malajr isiru
Poeżija.
Jien
ngħanni u bl-għana tiegħi
Bħal tarbija
li tagħmel l-ewwel passi
Niġġerra
lejk
Biex taħbini
fi ħdanek
Sakemm jixxotta
l-baħar
U tnin
ix-xemx fid-dija.
Alfred
Grech
15/06.2021.
Comments
Post a Comment