La Tiġi u Lanqas Tmur..
Inkellmek bl-ilsien li int
għallimtni
U naħseb bil moħħ li fiħ
għaġintni
Sisifu ma jgħejjiex iħott u
jibni
Għax fil-ħolqien il-fidwa
tiegħu.
Għaliex qed twaħħal fija?
Ma nafx jien x’kellek f’moħħok
Għereqt jien fil-baħar ta’
bla xefaq
U ħlomt biss sema ta’ bla
qamar.
Għax jiġu dak waqtiet
Tferifra ta’ bla ritmu?
Kont int li għollejt
il-barrikati
U bejnietna ħajt ta’ sur
Iżda l-ħajja hawn tefgħetek
Biex la tiġi u lanqas tmur.
Alfred Gech.
15/06/2021.
Comments
Post a Comment