Le Ma Rridekx Ħdejja.

 

Le ma rridekx ħdejja

għax inti tnaffar il-friefet

minn fuq il-ward

u tgerrex l-għasafar mill-friegħi tas-siġar.

It-taħdit tiegħek tisbit tat-tnabar

fl-irkejjen ta’ moħħi

u ruħi mdawwra bl-ilwien artfiċjali

tal-ġilda li tħobb ixxid

kull meta tersaq lejja.

 

Le miniex bħall-oħrajn

il-qrubija ta l-bnedmin saret  tbeżżani

u tnessini l-wisa’ li ma jidhirx

tal-oċean li nogħdos fih

u dak li għad irrid infittex

lilhinn mix-xefaq.

 

Alfred Grech

20.06.2021

Comments

Popular posts from this blog