Ma Jkun Ġara Xejn.

 

Ma jkun ġara xejn

Jinbidlu ftit il-vers

Bi ftit irtokk issir kapulavur.

Jekk tagħlaq il-bieb

Xejn ma jgħaddi

U int tibqa’ fejn int.

 

Ma jkun ġara xejn

Imqar iż-żmien ikun tellief

Għax int ma titħarrikx

U tibqa’ ma tiżbieħx.

 

Jekk tagħlaq il-bieb

Jien ma ngħaddix

U ma nsir naf qatt

X’sata kien li ma ltqajniex

Lanqas tkun taf jien min jien

Jekk jiniex tassew

Jew dak li qiegħda tilmaħ

Huwiex biss is-simulakru

Ta’ dak stajt kont jien

Għax jien inkun ġa mejjet.

 

Alfred Grech

19/06/2021

Comments

Popular posts from this blog