Ma Nafx Kif.

 

Ma nafx kif qed inżomm f’wiċċ l-ilma

Aktarx grazzja minn Alla.

L-allat iħobbhu wisq jaraw

Lil min jiggranfa ma xi sufra

Tal=ħolm jaħarbu millo-irwiewaħ.

Dak li għandu l-palju għax sinjur

Fiż-żmien tas=sħana

U dik tgaddi minn quddiemek bid-dublett

Inkaxxxat bil-qasma fuq quddiem.

L-ieħor jgħajjat u jippriedka

Udjenza m’għandu ’l-ħadd

Jien biss m’għandix xi ngħid

Tħaqqieqa qbadt mas-sikiet.

Hu biss xħin niftaħ ħalqi

Li ssir taf, li jiena mxebba

U mdejjaq bija nnifsi.

X’jiġri xħin issir taf li twemminek qarraq bik,

Li mqar int qed tgħin ir-romblu

Jirrombla minn fuq kulħadd

Li d-dinja qed twessalek ix-xefaq tiegħek

Taħrablek minn idejk

U l-allat isiru foloz?

 

Alfred Grech

16/06/2021.

Comments

Popular posts from this blog