Ma Tafx Tħobb.
Ma tafx tħobb
Maqsum f’mitt biċċa
Ma tinġabarx
Tgħix fi żmien ieħor
Fi żmien il-ħolm
Priża tat-tentazzjoni
U tat-tġrib.
Ma tafx xi trid
Tgħolli l-munita
Imbagħad tegħreq
Għax ħadd ma jnewwel idu
Il-biża jdewwik
Tistenna s-serħan skars
Fil-ħsibijiet
Tal-imgħoddi u ta’ li ġej
Mieci rieqed f’nagħsek
Tfittex il-qawmien.
Alfred Grech
03/06/2021.
Comments
Post a Comment