Mewt.
Illum
erġajt għaddejt bħal riħ
tħakkek
minn miegħi
imsaħtni
biex
tfakkarni . . .
Kif nista’
qatt ninsik
xagħrek
imewweġ
u l-libsa
bħal bandiera ttir mar-riħ.
Jien nibqa’
mperper
u ngħid li
ma nafekx
iħaddan
ix-xbiegħat tat-tafal
u l-ħolm
tal-bieraħ.
Fis-skiet u
l-ħemda
ta’ lejla
bla qamar
int terġa’tiġi
biex timbixni
u nibqa’ ma
ntirx.
B’hekk
inġarrab minn qabel
u nista’
nistħajjel kif tkun
it-transizzjoni.
Alfred
Grech
13/06/2021.
Comments
Post a Comment