Nixtieq Baqgħali Żmien.

 

Nixtieq baqgħali żmien

Biex miegħek ngħix jum ieħor

Żunżana li ddur dejjem

Minn warda għall-oħra.

Nixieq li miegħek nerġa’ l-folja naqleb

U l-jum nibdieħ mill-ġdid

Biex b’hekk għall ewwel darba ngħix

Ġo d-dejr tan-ninfi.

Nixtieq baqgħali saħħa ndur

U noħlom ħajja ġdida

U nfassal dak li ħlomt

Tfajjel bla ħażen

Iżd’issa mqar il-ħolm

Jitbaskat.

Nixtieq inżomm il-pass

U niġri miegħek

Din l-avventura li qed tpeper

Mad-dublett tiegħek

Iżd’issa ż-żmien qsar wisq

U s-snin għaddew bil-bosta

It-toqol tal-valiġġi għamel tiegħu

Għax nifs, nifs biss irid ikollok

U naf ukoll li int mintix għal dejjem.

 

Alfred Grech

30/06/2021.

Comments

Popular posts from this blog