Noqgħod Hawn.

 

Noqgħodhawn mingħajr ma ngħod aktar

Imqar għaliex inħossni ftit għajjien

Mingħajr ma nitlef ir-ritmu taż-żmien li jgħaddi

U noqgħod nisma’ n-nies tpaċpaċ fil-vojt.

 

Imissek int ukoll tintasab hdejja

Għalkemm għamilt dak kollu li ma xtaqtx

Mingħajr ma taħtaf biss bix-xbiek tiegħek

Xi wieħed mill ħsieb tiegħi skandaluż

Mingħajr ma għandek għalfejn biss

Tlissen kelma waħda.

 

Alfred Grech.

17/06/2021

Comments

Popular posts from this blog