U Ġejt Infittex.

 

U ġejt infittex lil  dik għalkemm m’għaddietx

Xintilla effervexxenti fir-resħa ta’ filgħodu

Li tqabbdek it-tkexkix u ġismek iqum xewk xewk.

 

Ġejt infittixha u ma sibthiex jew



Tfaċċat għal waqt wieħed ħarbitli minnufih

U kbira kienet it-telfa tagħha

U kbira s-sogħba u d-dieqa.

 

Għax dik tiġi u tolqot xħin trid hi

U fejn ma tafx għalkemm trid tkun għaliha lest

Daqs għassies li jisgħar.

 

U ġejt infittixha. . .

Iżda meta ġiet għandi u għammret miegħi

Kbir kien l-ors  u s-sebħ u hena

Ta’ min ma jaħsibx fl-għada.

 

Alfred Grech

25/06/2021

Comments

Popular posts from this blog