U Jista’ Jkun.

  

U jista’ jkun li dawn id-dwejjaq

dan l-uġih tar-ruh

mhumiex ġejjin minn xi żbilanċ

jew marda li tfejjaqha bil-mediċina.

 

U jista’ jkun li ġewwa fija

hemm xi ħaġa li qed tmut

ftit ftit, jekk mhux ġa mietet

u jiena għadni hawn

nagħmel ta’ bir-ruħi

li għadni ħaj.

 

U jista’ jkun li dawn l-iskontri

mhumiex għaliex m’aħniex niftiehmu

iżda għaliex il-ħajja stess

ġabitna wieħed kontra l-ieħor

inwaħħlu fil-kwiekeb

li taħthom twelidna.

 

Alfred Grech.

06.06.2021.

Comments

Popular posts from this blog