Evanexxenti.
Evanexxenti
inti daqs il-fwieħa
Ftaħt il-flixkun
u qiegħda kullimkien
Mhemm xejn
li tista’ tmiss inkella taħfen
Ma tħalli
xejn bi kwietu jew kif kien.
Evanexxenti
inti daqs il-fwieħa
Li min mil
bogħod tkun taf min huwa ġej;
Evanexxenti
inti daqs il-fewġa
U r-raxx li
jaħbat miegħek int u għaddej.
Bħalissa
qed ftit fti terdgħali ħajjti
Fantażma tax-xewqat
u tat-tamiet,
Ma jitwemmnux
il-ħrejjef li noħolqu
Iżd’hawn
nistħajjlek nibqa’ jien fis-skiet.
Bħalissa
sirt is=seħer biex inderri
Iż-żmien
immaġinarju fejn intir
U noqgħod ninbex,
nisgħar jew innkejjel
Minn tarf
sa tarf l-għeluq ta’ dan l-irtir.
Alfred
Grech
17/07/2021
Comments
Post a Comment