Fuq Il-Ponot Tal-Iskolji.
Fuq il-ponot tal-iskolji
Qed inħossni iżolat
U hekk nerġa’ nibda nemmen
Fil-kundanna tal-allat.
U ngħid
ħafna kliem u nerġa’
Fuq ix-xifer
tal-irdum
Jew qurriegħa
ta’ xi mewġa
Nibqa’ hekk
għaddej kuljum.
U jekk
nerġa’ ruħi mmattar
Fuq ir-ramel
taż xi xatt,
Dan ifisser
l’hawn wasslitni
Kull ċaqliqa
tal-imbatt.
Imma fl-aħħar
niżfen żifna
Mal-ħuġġieġa
li kebbist
Insir fjamma
nar il-ħajja
Naħraq dak li kont geddist.
Alfred
Grech
22/07/2021
Comments
Post a Comment